Language of document : ECLI:EU:T:2010:36





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 – Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

(Kawża T-289/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK – Raġunijiet assoluti għal rifjut − Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu − Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l‑Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] − Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”


Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)(ċ) u (3)) (ara l-punti 40, 47-49, 95)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2008 (Każ R 318/2008-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat‑trade mark verbali Deutsche BKK bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Deutsche BKK

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali BKK għas-servizzi fil-klassijiet 36, 41 u 44 – Applikazzjoni Nru 4724894

Deċiżjoni tal-eżaminatur :

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche BKK hija kkundannata għall-ispejjeż.