Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Frar 2010 - Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

(Kawża T-289/08)1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK - Raġunijiet assoluti għal rifjut − Karattru deskrittiv u nuqqas ta' karattru distintiv - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu − Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] − Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche BKK (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Mejju 2008 (Każ R 318/2008-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Deutsche BKK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deutsche BKK hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 27.9.2008.