Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Marzu 2022 – Vantage Logistics S.R.L. vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba, Auto Help Alba S.R.L., Banca Transilvania S.A., BRD – Groupe Société Générale S.A., S.C. Croma S.R.L., S.C. Polaris M.Holding, S.C. Elit România Piese Auto Originale S.R.L., S.C. Nedo Auto Service S.R.L., CH Insolvency I.P.U.R.L. fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ S.C. Nedo Auto Service S.R.L.

(Kawża C-200/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Vantage Logistics S.R.L.

Partijiet oħra fil-proċedura: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba, Auto Help Alba S.R.L., Banca Transilvania S.A., BRD – Groupe Société Générale S.A., S.C. Croma S.R.L., S.C. Polaris M.Holding, S.C. Elit România Piese Auto Originale S.R.L., S.C. Nedo Auto Service S.R.L., CH Insolvency I.P.U.R.L. fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ S.C. Nedo Auto Service S.R.L.

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ rispett u ta’ protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà privata stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni fuq id-dritt nazzjonali, u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza) 1 , jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali [il-punt C tal-Artikolu 139(1) tal-Legea nr. 85/2014 (il-Liġi Nru 85/2014)], li, fil-każ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, [tippermetti] li l-pjan ta’ riorganizzazzjoni/ristrutturazzjoni jitqies li huwa aċċettat fil-każ li, jekk ikun hemm tnejn jew erba’ kategoriji ta’ krediti, minn tal-inqas nofs in-numru ta’ kategoriji jivvotaw favur dan il-pjan, sakemm il-pjan jiġi aċċettat minn waħda mill-kategoriji żvantaġġati u minn mill-inqas 30 % tal-valur totali tal-massa tal-kredituri?

____________

1     ĠU 2019, L 172, p. 18.