Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali ta-13 ta’ Diċembru 2023 – Light Tec vs EUIPO - DecoTrend (Paralum)

(Kawża T-10/23) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta stilla – Disinn preċedenti prodott wara t-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Artikolu 63(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Light Tec Ltd (Tsuen Wan, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant : M.-H. Hoffmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DecoTrend GmbH (Weiden in der Oberpfalz, il-Ġermanja) (rappreżentant : C. Klawitter, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Novembru 2022 (Każ R 2105/2021-3).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Light Tec Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn DecoTrend GmbH.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 71, 27.2.2023.