Language of document : ECLI:EU:T:2015:987





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑46/11)

“Kompetizzjoni – Akkordju – Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma dwar diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi fuq il-karburant u sovrataxxi fuq is-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti (Artikoli 263 u 296 TFUE) (ara l-punt 29)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa – Rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ċarezza u preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 2 u 23(5)) (ara l-punti 32-36)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Identifikazzjoni tal-ksur issanzjonat – Identifikazzjoni tal-persuni li jkunu s-suġġett tad-deċiżjoni – Prijorità tad-dispożittiv fil-konfront tal-motivazzjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punt 37)

4.                     Akkordji – Projbizzjoni – Effett dirett – Dritt tal-individwi li jitolbu kumpens għad-dannu mġarrab – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Ksur li jkun is-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Natura vinkolanti tad-deċiżjoni għall-qrati nazzjonali – Portata – Importanza taċ-ċarezza u tal-preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Artikoli 2 u 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 38-44)

5.                     Akkordji – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali – Kriterji – Għan uniku u pjan globali (Artikolu 101(1) TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 57, 62)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa – Kontradizzjonijiet interni fid-deċiżjoni – Konsegwenzi – Annullament – Kundizzjonijiet – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża ssanzjonata – Impossibbiltà għall-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 60, 76-78, 84, 85)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 82, 83)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru).

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huma annullati, sa fejn isemmgħu lil Deutsche Lufthansa AG, Lufthansa Cargo AG u Swiss International Air Lines AG

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Lufthansa, Lufthansa Cargo u Swiss International Air Lines.