Language of document : ECLI:EU:T:2011:673





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – Álvarez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-78/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE – Kunċett ta’ impriża – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Preżunzjoni ta’ innoċenza”

1.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Drittijiet fundamentali - Preżunzjoni ta’ innoċenza u drittijiet tad-difiża - Proċedura fil-qasam tal-kompetizzjoni - Applikabbiltà (Artikolu 6(2) UE; Artikolu 81(1) KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48) (ara l-punti 23, 24)

2.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Obbligu tal-Kummissjoni li turi l-implikazzjoni tal-kumpannija parent fl-aġir li jikkostitwixxi ksur - Assenza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 25-30)

3.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma totalment jew kważi totalment minnha - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tattribwixxi lill-kumannija parent ir-responsabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 35)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Armando Álvarez, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.