Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Diċembru 2007 - Schering-Plough Ltd vs Il-Kummissjoni u EMEA

(Kawża T-133/03)1

("Rikors għal annullament - Innammissibiltà parzjali - Interess ġuridiku - Rikors li safa' mingħajr skop - Nuqqas ta' ħtieġa li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schering-Plough Ltd (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Berrisch u P. Bogaert, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. Shotter, aġenti) u l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (EMEA) (rappreżentanti : inizjalment N. Khan, aġent, assistit minn C. Sherliker, solicitor, sussegwentement C. Sherliker u T. Eicke, barrister)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti : European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Ġinevra, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: N Rampal, U. Zinsmeister u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament ta' l-Att ta' l-14 ta' Frar 2003 ta' l-EMEA li jirrifjuta li ssir emenda msejħa "tat-tip I" fl-isem tal-forma farmaċewtika "lyophilisat oral" "Allex 5 mg oral lyophilisate" għal "Allex Reditabs 5 mg oral lyophilisate".

Dispożittiv

Ir-rikors huwa micħud bħala inammissibbli safejn huwa dirett kontra l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (EMEA).

M'hemmx lok għal deċiżjoni fuq ir-rikors fil-parti diretta kontra l-Kummissjoni.

L-EMEA hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha.

Schering-Plough Ltd hija ordnata tbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni, minbarra dawk tagħha.

____________

1 - ĠU C 171, 19.7.2003.