Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Mazu 2013 - Rütgers Germany et vs ECHA

(Kawża T-96/10) 

["REACH - Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna - Rikors għal annullament - Att li jista' jiġi kkontestat - Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta' eżekuzzjoni - Inċidenza diretta - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rütgers Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); Deza, a.s. (Valašske Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); u Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem, R. Cana, avukati, u P. Sellar, solicitor, sussegwentement K. Van Maldegem u R. Cana)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-ECHA, ippubblikata fit-13 ta' Jannar 2010, li tidentifika ż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) (KE Nru 292-603-2) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), b'mod konformi mal-Artikolu 59 ta' dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S u Koppers UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.