Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Marzu 2013 - El Corte Inglés vs UASI - Baumarkt Praktiker Deutschland (PRO OUTDOOR)

(Kawża T-127/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Baumarkt Praktiker Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Diċembru 2012 fil-Każ R 1900/2011-2, peress li billi tiċħad l-appell tar-rikorrrenti din tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ta' għoti parzjali tat-trade mark Komunitarja verbali Nru 4 782 215 "PRO OUTDOOR";

tikkundnna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PRO OUTDOOR" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 18, 22, 24, 25, 28 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Baumarkt Praktiker Deutschland GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali "OUTDOOR GARDEN BARBECUE CAMPING" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 18, 22, 24, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll tar-Regoli 48 u 49 tar-Regolament Nru 2868/95

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________