Language of document : ECLI:EU:T:2012:480

Kawża T-347/06

Nynäs Petroleum AB et

Nynas Belgium AB

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Valur miżjud sinjifikattiv — Ugwaljanza fit-trattament”

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012……. ?II – 0000

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012

1.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li għandha l-intenzjoni taqbleb din il-preżunzjoni — Dritt nazzjonali li jimponi ċerti obbligi lill-kumpanniji parent fir-rigward tas-sussidjarji tagħhom — Assenza ta’ rilevanza

(Artikoli 81 KE u 82 KE)

2.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Assenza

(Artikoli 81 KE u 82 KE)

3.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kontroll eżerċitat mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha — Ħtieġa ta’ rabta mal-aġir tas-sussidjarja li jikkostitwixxi ksur — Assenza

(Artikoli 81 KE u 82 KE)

4.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Oneru tal-prova — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 18 u 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 20 sa 22)

5.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Valur miżjud sinjifikattiv tal-provi prodotti mill-impriża kkonċernata — Kriterji — Natura kontinwa tal-kooperazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni fl-istadju tad-determinazzjoni tal-livell eżatt tat-tnaqqis tal-multa

(Artikolu 81(1) KE); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 7 u 21 sa 23)

6.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-element kronoloġiku tal-kooperazzjoni pprovduta — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, u 2002/C 45/03, punti 7 u 23)

7.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

8.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Formulazzjoni impreċiża ta’ lment — Inammissibbiltà

(Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1))

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni tal-imrpiża inkriminata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 96/C 207/04 u 2002/C 45/03)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31-35, 37, 38)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 39, 40)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 48, 51-53, 55)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 60, 62, 63)

5.      Mill-paragrafi 7, 21 u 22 tal-Komunikazzjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell jirriżulta li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribuzzjoni effettiva ta’ kull impriża, f’dak li jikkonċerna kemm il-kwalità tagħha kif ukoll id-data tagħha, sabiex tiġi stabbilita l-prova tal-ksur u li l-kunċett ta’ “valur miżjud sinjifikattiv” jikkonċerna sa fejn il-provi pprovduti, permezz tan-natura tagħhom u l-livell ta’ preċiżjoni tagħhom, isaħħu l-kapaċità tagħha li tistabbilixxi l-fatti li jikkostitwixxu l-ksur. Għalhekk il-Kummissjoni tagħti valur partikolari lil elementi li jistgħu jippermettulha, flimkien ma’ elementi oħra li diġà jinsabu fil-pussess tagħha, tistabbilixxi l-eżistenza ta’ akkordju jew lil elementi li jippermettulha tikkorrobora provi diġà eżistenti, jew lil dawk li għandhom konsegwenzi diretti fuq il-gravità jew it-tul tal-akkordju. Min-naħa l-oħra, il-kriterju determinanti ma jillimitax ruħu għal dak dwar jekk impriża “ffaċilitat il-kompitu tal-Kummissjoni”.

Barra minn hekk, in-natura kontinwa tal-kooperazzjoni pprovduta minn impriża ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-valur miżjud sinjifikattiv tal-elementi pprovduti, fejn il-paragrafu 23 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni jillimita t-teħid inkunsiderazzjoni tal-portata u tal-kontinwità tal-kooperazzjoni tal-impriża fl-istadju tad-determinazzjoni tal-livell eżatt ta’ tnaqqis tal-multa għal ċerti kategoriji, meta l-Kummissjoni tkun diġà kkunsidrat li l-elementi pprovduti jkollhom valur miżjud sinjifikattiv.

Barra minn hekk, il-punt 22 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, li jipproponi definizzjoni tal-kunċett ta’ “valur miżjud”, għandu sempliċement bħala għan li jiċċara l-paragrafu 21, li jagħmel riferiment għal “valur miżjud [sinjifikattiv]”. Il-kunċett innifsu ta’ “valur miżjud” jindika effettivament li l-Kummissjoni, ikun liema jkun l-istadju tal-proċedura amministrattiva, għandha tevalwa l-valur tal-elementi prodotti b’paragun mal-provi l-oħra li huma għad-dispożizzjoni tagħha, jew wara li jsiru spezzjonijiet, jew minħabba l-fatt li jkunu ġew ipprovduti lilha mill-impriżi l-oħra. Ir-rikonoxximent eventwali fl-istadju provviżorju ta’ valur miżjud tal-elementi trażmessi fi kwalunkwe każ ma għandhom ebda konsegwenza fuq l-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni u fuq il-livell ta’ tnaqqis mogħti lill-impriża, li jsir biss f’dak il-mument.

(ara l-punti 65, 66, 74)

6.      Mill-punti 7 u 23 tal-Komunikazzjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell, jirriżulta espressament li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tagħha tal-valur tal-informazzjoni pprovduta, id-data li fiha din ġiet ikkomunikata lilha.

F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-obbligu tal-Kummissjoni li tosserva l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, filwaqt li seta’ jiġi kkunsidrat li, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli, il-kooperazzjonijiet tal-impriżi ma kellhomx neċessarjament iseħħu fl-istess ġurnata, iżda fl-istess stadju tal-proċeduri, dan il-prinċipju kien japplika għat-titolu D tal-Komunikazzjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-kawżi li jikkonċernaw akkordji, li ma kinitx tipprovdi trattament differenti tal-impriżi kkonċernati skont l-ordni li fih huma kienu kkooperaw mal-Kummissjoni, bil-kontra tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.

(ara l-punti 76, 101)

7.      Fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha tal-kooperazzjoni tal-impriżi li pparteċipaw f’akkordju, il-Kummissjoni ma tistax tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jinkiser meta sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b’mod differenti jew meta sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod identiku, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament ġustifikat u dan il-prinċipju jipprekludi lill-Kummissjoni milli tittratta b’mod differenti l-kooperazzjoni tal-impriżi kkonċernati mill-istess deċiżjoni. Il-Kummissjoni ma tmurx kontra dan il-prinċipju meta hija tagħti, jew le, tnaqqis tal-ammont tal-multi skont il-kooperazzjoni tal-impriża kkonċernata magħha matul il-proċedura amministrattiva. Differenza fit-trattament tal-impriżi inkwistjoni għandha tkun imputabbli għal livelli ta’ kooperazzjoni mhux paragunabbli, b’mod partikolari inkwantu dawn kienu jikkonsistu fil-provvista ta’ informazzjoni differenti jew fil-provvista ta’ din l-informazzjoni fi stadji differenti tal-proċedura amministrattiva, jew f’ċirkustanzi mhux analogi.

Meta, abbażi tal-kooperazzjoni, impriża sempliċement tikkonferma, b’mod inqas preċiż u espliċitu, ċerta informazzjoni diġà pprovduta minn impriża oħra abbażi tal-kooperazzjoni, il-livell ta’ kooperazzjoni pprovduta minn din l-impriża, minkejja li jista’ xorta waħda jkun ta’ ċerta utilità għall Kummissjoni, ma għandux jiġi kkunsidrat bħala paragunabbli għal dak ipprovdut mill-ewwel impriża li pprovdiet l-imsemmija informazzjoni. Dikjarazzjoni li sa ċertu punt tillimita ruħha li tikkorrobora dikjarazzjoni li l-Kummissjoni diġà kellha ma tiffaċilitax il-kompitu tal-Kummissjoni b’mod sinjifikattiv. Għaldaqstant, ma hijiex suffiċjenti sabiex tiġġustifika tnaqqis tal ammont tal-multa abbażi tal-kooperazzjoni.

(ara l-punti 100, 102)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 107-109)

9.      Skont id-dispożizzjonijiet tas-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont bażiku tal-multa minħabba kooperazzjoni effettiva mill-impriża fil-proċedimenti, barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-kawżi li jikkonċernaw akkordji. Il-Kummissjoni tista’ tagħti lil impriża li kkooperat waqt proċedura minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tnaqqis tal-multa skont dawn id-dispożizzjonijiet tal-linji gwida biss fil-każijiet fejn il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni ma hijiex applikabbli.

B’mod analogu għall-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni li hija ssostitwiet, taħt ċerti kundizzjonijiet, mill-14 ta’ Frar 2002, il-Komunikazzjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell tapplika għall-akkordji sigrieti bejn impriżi li jikkonsistu f’li jiġu ffissati prezzijiet, kwoti ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ u f’li jitqassmu s-swieq, inkluż permezz ta’ tbagħbis fis-sejħiet għal offerti, jew ukoll għar-restrizzjoni tal-importazzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet, u b’hekk teskludi l-akkordji vertikali jew li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE.

B’hekk, peress li ksur jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, id-dispożizzjonijiet tas-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji Gwida ma humiex applikabbli.

(ara l-punti 114-116)