Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2012 - Gaumina UAB vs European Institute for Gender Equality

(Kawża T-424/12)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Gaumina UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: Saulius Aviža, avukat)

Konvenuta: Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tas-26 ta' Lulju 2012 li ċaħdet l-offerta ta' Gaumina UAB fil-proċedura għas-sejħa għal offerti Nru EIGE/2012/ADM/13;

tobbliga lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex ikompli l-proċess ta' akkwist u jevalwa l-offerta ta' Gaumina UAB fil-proċedura għas-sejħa għal offerti Nru EIGE/2012/ADM/13.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tat-trasparenza u n-natura ta' nuqqas ta' bażi tad-deċiżjoni

Ir-rikorrenti issostni li, waqt it-twettiq tal-proċedura għas-sejħa għal offerti Nru EIGE/2012/ADM/13 dwar servizzi ddedikati għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni, skont, ir-Regolament Nru 1605/2002, 2 ir-Regolament Nru 2342/2002,  ir-Regolament Nru 1922/2006  u t-termini tas-sejħa għal offerti, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi kiser l-obbligu li jinforma lil wieħed mill-parteċipanti dwar ir-raġunijiet u l-motivi għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu (Artikolu 100(2) tar-Regolament Nru 1605/2002) u l-prinċipku ta' trasparenza (Artikolu 89(1) tar-Regolament Nru 1605/2002), u, billi bbaża ruħu fuq kriterji suġġettivi u astratti għall-evalwazzjoni ta' offerti tekniċi, huwa ċaħad l-offerta tar-rikorrenti u ma indikax ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni, jew in-numru ta' punti li ngħata, anki wara li ġiet mitluba informazzjoni addizzjonali.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni mhux korretta tal-offerta tar-rikorrenti u n-natura ta' nuqqas ta' bażi tad-deċiżjoni li ċaħdet l-offerta.

Fis-sottomissjoni tar-rikorrenti, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi evalwa l-offerta teknika tiegħu b'mod żbaljat u kiser il-prinċipji ta' trattament ugwali u mingħajr diskriminazzjoni (Artikolu 89(1) tar-Regolament Nru 1605/2002) meta ċaħad l-offerta tiegħu peress li l-parti teknika ma ngħatatx numru biżżejjed ta' punti, minkejja li l-offerta ssodisfat ir-rekwiżiti t-termini tas-sejħa tal-offerti u l-għanijiet u l-iskopijiet tal-kuntratt. Il-fatt li l-offerta ġiet evalwata b'mod żbaljat huwa wkoll ikkorroborat mill-fatt li l-konvenut ma kienx ippreżenta ebda raġunijiet u spjegazzjonijiet dwar il-punti individwali mogħtija għall-kriterji ta' evalwazzjoni tal-offerti tekniċi u l-informazzjoni dwar kemm punti kienu ġew mogħtija lill-offerta teknika ġenerali.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-ba[ġ]it generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).

3 - Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU 2006 L 403, p. 9).