Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta Ġunju 2013 – Elitaliana vs Eulex Kosovo

(Kawża T-213/12) 1

(“Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Appoġġ permezz ta’ ħelikopter għall-missjoni Eulex Kosovo – Ċaħda ta’ offerta minn offerent – Assenza ta’ locus standi tal-konvenuta – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Elitaliana SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Colagrande, avukat)

Konvenut: Eulex Kosovo (Pristina, Kosovo) (rappreżentant: G. Brosadola Pontotti, solicitor)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa, għall-annullament tal-miżuri adottati mill-Eulex Kosovo fil-kuntest tal-għoti lil offerenti ieħor tal-kuntratt pubbliku intitolat “EuropeAid/131516/D/SER/XK – Appoġġ permezz ta’ ħelikopter għall-missjoni Eulex Kosovo (PROC/272/11)” u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Eulex Kosovo għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni subiti minħabba l-fatt li l-imsemmi kuntratt ma ingħatax lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Elitaliana SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1  ĠU C 200, 07.07.2012.