Language of document : ECLI:EU:T:2021:741


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Impriża Konġunta Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu

(Kawża T-318/17)

“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007‑2013) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”

Proċedura ġudizzjarja – Kawża quddiem il-Qorti Ġenerali – Applikazzjoni tal-proċedura fil-kontumaċja – Obbligu tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 123(3))

(ara l-punti 22 sa 24, 32)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna ta’ Revoind Industriale di Pindaru Gelu sabiex tirrimborsa l-ammont tad-depożitu mħallas fil-kuntest tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 325940, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

1)

Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas hija kkundannata tħallas lill-impriża konġunta Clean Sky 2 is-somma ta’ EUR 359 913.75, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata annwali ta’ 3.50 % b’effett, mis-7 ta’ Frar 2017 sad-data talħlas sħiħ tad-dejn.

2)

Revoind Industriale di Pindaru Gelu hija kkundannata għall-ispejjeż.