Language of document : ECLI:EU:T:2015:481





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 —
CMT vs UASI – Camomilla (CAMOMILLA)

(Kawża T‑100/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CAMOMILLA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Camomilla — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja — Provi addizzjonali prodotti quddiem il-Bord tal-Appell”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant b’mala fide fil-mument meta saret l-applikazzjoni għal trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti li jeżistu fil-mument tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Applikant li jaf bl-użu minn terza persuna ta’ sinjal identiku jew simili — Intenzjoni tal-applikant — Grad ta’ protezzjoni ġudizzjarja tas-sinjali inkwistjoni — Loġika kummerċjali abbażi tar-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark Komunitarja — Kronoloġija tal-avvenimenti li kkaratterizzaw id-depożitu tal-applikazzjoni għal trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 31, 34-36)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant b’mala fide fil-mument meta saret l-applikazzjoni għal trade mark — Trade mark verbali CAMOMILLA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 41‑44)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, regola 22(3)) (ara l-punti 55-57)

5.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, regola 22(3)) (ara l-punti 58-60)

6.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fit-terminu mogħti għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2), u 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, regola 40(6)) (ara l-punti 68, 69, 74-76, 78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1616/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) u Camomilla SpA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1616/2011-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl).

3)

CAMOMILLA SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.