Language of document : ECLI:EU:T:2013:296





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2013 — Rubinum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑201/13 R)

“Miżuri provviżorji — Awtorizzazzjoni tal-additivi fl-ikel għall-annimali — Regolament dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25-28, 36, 37, 39, 45)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba — Preżentata ta’ sottomissjonijiet komplementari bl-għan li tirrimedja għal nuqqasijiet — Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2), u 109) (ara l-punti 29, 30, 36)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Deċiżjoni ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni f’settur irregolat b’mod strett — Riskju li normalment għandu jiġi batut minn impriża li topera f’tali settur — Assenza ta’ natura gravi tad-dannu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-44)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 46, 47)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ kumpens jew permezz ta’ rikors għad-danni — Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 49, 50)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat aħjar fi proċeduri għal miżuri provviżorji milli fil-kawża prinċipali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 53, 54)

8.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Prevalenza tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika fuq il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 59-61)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, p. 15).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ April 2013, Rubinum vs Il-Kummissjoni (T‑201/13 R) huwa kkanċellat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.