Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Ġunju 2012 - Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-546/11) 

"Rikors għal annullament - Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta' rapport ta' verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedura - Atti mhux dissoċjabbli mill-kuntratt - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Technion - Israel Institute of Technology (Haïfa, l-Iżrael); u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentanti: D. Grisay u D. Piccininno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-2 ta' Awwissu 2011 li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-verifika finanzjarja li kienet tirrigwarda d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż iddikjarati minn Technion - Israel Institute of Technology, f'dak li jirrigwarda erba' kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta' riċerka u ta' innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lil Technion dwar il-passi segwenti tal-proċedura.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    Technion - Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 355, 03.12.2011.