Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Novembru 2012 - MIP Metro vs UASI - Real Seguros (real,- BIO)

(Kawża T-549/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Revoka tat-trade marks nazzjonali preċedenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Real Seguros, SA (Porto, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Awwissu 2011 (Każ R 115/2011-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Real Seguros, SA u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 6, 07.01.2012.