Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2013 – Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-545/11)1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva glyphosate – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Riskju li jiġu ppreġudikati l-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika – Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Interess pubbliku superjuri – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 – Direttiva 91/414/KEE”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Greenpeace Nederland (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver, P. Ondrůšek u C. ten Dam, sussegwentement P. Oliver, P. Ondrůšek u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta li tagħti l-aċċess lir-rikorrenti għall-volum 4 tal-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, redatt mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bħala Stat Membru relatur, tas-sustanza attiva glyphosate, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta l-aċċess għall-volum 4 tal-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, redatt mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bħala Stat Membru relatur, tas-sustanza attiva glyphosate, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, hija annullata sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess għall-partijiet tal-imsemmi volum li jinkludu informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent: “l-identità” u l-kwantità tal-impuritajiet kollha li jinsabu fis-sustanza attiva nnotifikata minn kull operatur, liema informazzjoni tinsab fil-punt C.1.2.1 tal-ewwel subdokument (p. 11 sa 61), fil-punt C.1.2.1 tat-tieni subdokument (p. 1 sa 6) u fil-punt C.1.2.1 tat-tielet subdokument (p. 4 u 8 sa 13) ta’ dan il-volum; l-impuritajiet preżenti fil-varji lottijiet u l-kwantitajiet minimi, medji u massimi ta’ kull waħda minn dawn l-impuritajiet, liema informazzjoni tinsab, għal kull operatur, fit-tabelli inklużi fil-punt C.1.2.2 tal-ewwel subdokument (p. 61 sa 84) u fil-punt C.1.2.4 tat-tielet subdokument (p. 7) tal-imsemmi volum; il-kompożizzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti żviluppati mill-operaturi, liema informazzjoni tinsab fil-punt C.1.3 intitolat “Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-preparazzjonijiet (Anness III A 1.4)”, tal-ewwel subdokument (p. 84 sa 88) ta’ dan l-istess volum.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 335, 03.12.2011.