Language of document : ECLI:EU:T:2012:303





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 taʼ Ġunju 2012 — Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-546/11)

“Rikors għal annullament — Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni — Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ rapport ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedura — Atti indissoċjabbli mill-kuntratt — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Bażi legali ta’ rikors — Għażla mogħtija lir-rikorrent u mhux lill-qorti tal-Unjoni (ara l-punt 30)

2.                     Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Rikors li jirrigwarda ittra ta’ istituzzjoni indissoċjabbli mir-relazzjonijiet kuntrattwali bejnha u r-rikorrent — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 32-34, 50)

3.                     Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors — Kundizzjonijiet — Rikorrent li ma talabx espressament il-klassifikazzjoni mill-ġdid — Rikors li ma huwa bbażat fuq ebda motiv li jirrigwarda l-ksur tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni mill-ġdid (Artikoli 263 TFUE u 272 TFUE) (ara l-punti 58, 59)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2011 li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-verifika finanzjarja li kienet tirrigwarda d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż iddikjarati minn Technion — Israel Institute of Technology, f’dak li jirrigwarda erba’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lil Technion dwar il-passi segwenti tal-proċedura.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Technion — Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.