Language of document :

Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-242/11

(Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 211, 16 ta' Lulju 2011, p. 27)

Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali li jikkonċerna l-Kawża T-242/11, Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam), għandu jinqara kif ġej:

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Mejju 2011 - Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

(Kawża T-242/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kaltenbach & Voigt GmbH (Biberach an der Riß, Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-1 ta' Marzu 2011 fil-Każ R 2361/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trade mark verbali figurattiva "3D eXam" għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 7(1)(b), (c) u Artikolu 7(2) tar-RTMK irrifjutata.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u n-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni reġistrazzjonijiet/għoti ta' protezzjoni nazzjonali, peress li r-reġistrazzjoni internazzjonali inkwistjoni: (1) ma hijiex purament deskrittiva, u; (2) turi karattru distintiv peress li l-pubbliku rilevanti se jikkunsidra s-sinjal "3D eXam" bħala indikazzjoni tal-oriġini imprenditorjali.

____________