Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/07)1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta' polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti "

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shell Petroleum NV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi); Shell Nederland BV (Den Haag); u Shell Nederland Chemie BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalement T. Snoep u J. Brockhoff, sussegwentement T. Snoep u S. Chamalaun, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement M. Kellerbauer, V. Bottka u J. Samnadda, sussegwentement M. Kellerbauer u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, fir-rigward ta' Shell Petroleum NV u ta' Shell Nederland BV, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta' Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 - Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta' polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni), jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Shell Petroleum, Shell Nederland u Shall Nederland Chemie BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Shell Petroleum NV, Shell Nederland BV u Shell Nederland Chemie BV huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 14.04.2007.