Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2013 - Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE)

(Kawża T-95/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Walcher Meßtechnik GmbH (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Diċembru 2002 fil-Każ R 1779/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "HIPERDRIVE" għal prodotti tal-klassijiet 7 u 9

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________