Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2007 - M vs L-EMEA

(Kawża F-23/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: M (Broxbourne, Royaume-Uni) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

Talbiet tal-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2006 li permezz tagħha d-direttur eżekuttiv ta' l-EMEA ċaħad it-talba tar-rikorrent li tirreferi l-kwistjoni quddiem il-Kumitat ta' l-Invalidità;

tordna lill-EMEA tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 100,000 bħala danni u imgħaxijiet minħabba żbalji amministrattivi;

tordna lill-EMEA tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fis-17 ta' Marzu 2005, ir-rikorrent, aġent temporanju ma' l-EMEA, kien vittma ta' inċident fuq il-post tax-xogħol li minħabba fih ma setax iktar iwettaq xogħolu. Fl-14 ta' Frar 2006, huwa ġie informat li l-kuntratt tiegħu ma kienx ser jiġi mġedded wara l-15 ta' Ottubru 2006. It-talba tiegħu għal rinviju tal-kwistjoni quddiem il-Kumitat ta' l-Invalidità ġiet miċħuda.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka b'mod partikolari l-ksur ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 31 u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 33 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra (KIIO), kif interpretati mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu tas-16 ta' Jannar 2007, Gesner vs L-UASI (F-119/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

____________