Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012

Giannakouris vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-su-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li bintu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

K. Giannakouris huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 13, 15.01.2011, p. 38.