Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra HYA et

(Kawża C-348/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HYA et

Domandi preliminari

Huwa konformi mal-Artikolu 8(1), kif ukoll mal-Artikolu 6(1), moqri flimkien mal-premessi 33 u 34 tad-Direttiva 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali 1 u l-Artikolu 47(2) tal-Karta, li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li d-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni kriminali, li tkun preżenti waqt il-proċess, ikun irrispettat u l-prosekutur ikun issodisfa b’mod korrett l-obbligu tiegħu li jipprova l-ħtija tal-persuna akkużata jekk, fil-fażi ġudizzjarja tal-proċeduri kriminali, meta minħabba raġunijiet oġġettivi x-xhieda ma jkunux jistgħu jiġu interrogati, jiddaħħlu fil-proċess id-dikjarazzjonijiet magħmula minn dawn ix-xhieda waqt il-fażi preliminari tal-proċeduri kriminali (meta dawn ix-xhieda jkunu ġew interrogati biss mill-prosekuzzjoni u mingħajr il-parteċipazzjoni tad-difiża, iżda quddiem qorti, u meta l-prosekuzzjoni tkun setgħet, sa mill-fażi preliminari, tiggarantixxi lid-difiża l-possibbiltà li tipparteċipa għall-imsemmi interrogatorju iżda din ma tkunx għamlet dan)?

____________

1     ĠU 2016, L 65, p. 1.