Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Novembru 2013 – Ministre de l’Économie et des Finances vs Gérard de Ruyter

(Kawża C-623/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Économie et des Finances

Konvenut: Gérard de Ruyter

Domanda preliminari

Ġbir fiskali fuq id-dħul mill-patrimonju bħall-kontribuzzjoni soċjali fuq id-dħul mill-patrimonju, il-kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali ibbażat fuq dan l-istess dħul, il-ġbir soċjali ta’ 2 % u l-kontribuzzjoni addizzjonali għal dan il-ġbir, għandhom, minħabba s-sempliċi fatt li jipparteċipaw għall-finanzjament ta’ skemi obbligatorji Franċiżi ta’ sigurtà soċjali, rabta diretta u rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament [tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71], tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità  u b’hekk jidħlu fil-kamp ta’ dan ir-regolament?