Language of document : ECLI:EU:T:2016:265





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2016 – European Union Copper Task Force vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑310/15)

“Rikors għal annullament – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi li s sostituzzjoni tagħhom hija prevista – Inklużjoni ta’ komposti tar-ram fl-imsemmija lista – Assenza ta’ interess individwali – Att regolatorju li jinkludi mizuri ta’ implementazzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament tal-Kummissjoni li jidentifika sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 1107/2009 – Rikors ta’ assoċjazzjoni ta’ produtturi tas-sustanza inkwistjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1107/2009, Artikolu 80(7) u Anness II, punt 4; Regolament tal-Kummissjoni 2015/408, premessa 2 u Artikolu 1; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 19-32)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Regolament tal-Kummissjoni li jidentifika sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 1107/2009 – Inklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 289(1) sa (3) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1107/2009, Artikoli 78(3) u 79(2); Regolament tal-Kummissjoni 2015/408; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468, Artikoli 3 u 7) (ara l-punti 34-36)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti leġiżlattivi – Atti li ma jinvolvux miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrent direttament – Kunċett ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni – Kriterji – Regolament tal-Kummissjoni li jidentifika sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 1107/2009 – Ħolqien ta’ effetti permezz ta’ atti adottati mill-awtoritajiet nazzjonali – Atti li jikkostitwixxu miżuri ta’ eżekuzzjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1107/2009, Artikoli 20(1), 24(1), 36(2),41(2)(b), 43(1), 44(3), 45(1), u 50(1) u (4); Regolament tal-Kummissjoni 2015/408) (ara l-punti 37, 44, 47, 48, 50, 51)

4.                     Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qorti tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura legali tal-att ikkontestat – Possibbiltà li jsir użu minn rikors għal annullament jew minn rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità (Artikolu 19(1) TUE; Artikoli 263 TFUE, 267 TFUE u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47 u 51(1)) (ara l-punti 53-59)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, p. 18).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament u tal-Kunsill.

3)

European Union Copper Task Force hija kkundannata għall-ispejjeż.