Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2023 – Cassella-med GmbH & Co.KG, MCM Klosterfrau Vertriebsgesellschaft mbH vs Verband Sozialer Wettbewerb e.V.

(Kawża C-589/23, Cassella-med u MCM Klosterfrau)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cassella-med GmbH & Co. KG, MCM Klosterfrau Vertriebsgesellschaft mbH

Konvenut: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.

Domanda preliminari

Ikun hemm azzjoni farmakoloġika fis-sens tal-ewwel każ fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem 1 , meta s-sustanza inkwistjoni (fil-każ ineżami, D-mannose), tipprekludi, permezz ta’ rabta reversibbli mal-batterji prodotta b’pontijiet idroġeni, li l-batterji jeħlu maċ-ċelloli umani (fil-każ ineżami, il-ħajt tal-bużżieqa tal-awrina)?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69