Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad - Pleven (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Awwissu 2023 – Obshtina Pleven vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020

(Kawża C-513/23, Obshtina Pleven)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad - Pleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Obshtina Pleven

Konvenut: Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020

Domanda preliminari

L-Artikolu 42(3)([b]) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 , ikkunsidrat flimkien mal-punt 2 tal-Anness VII tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali u ġurisprudenza nazzjonali li bis-saħħa tagħhom l-awtorità kontraenti fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi hija dejjem obbligata tindika, fl-avviż ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, l-espressjoni “jew l-ekwivalenti” fir-rigward tal-istandard mixtieq, inkluż fil-każ li teżiġi konformità ma’ standard armonizzat, applikabbli bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE 2 ?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.

1     ĠU 2011, L 88, p. 5.