Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2023 minn UGA Nutraceuticals Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-495/22 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO - BASF (OMEGOR)

(Kawża C-520/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: UGA Nutraceuticals Srl (rappreżentanti: J. Graffer, A. Ottolini u M. Riva, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-15 ta’ Diċembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) sostniet li l-appell ma kienx ammess u li l-appellanta kellha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________