Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-123/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tapplika, mill-1 ta’ Jannar 2014, taxxa ta’ solidarjetà fuq ir-remunerazzjoni tar-rikorrent u li r-remunerazzjoni tiegħu ma tiġix aġġustata għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2015.

Talbiet tar-rikorrent

Jikkonstata n-nuqqas ta’ aplikabbiltà tar-Regolament Nru 1023/2013 sa fejn dan jipprevedi s-sospensjoni mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2015 tal-metodu ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet stabbilit fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-persunal filwaqt li jerġa jintroduċi, għall-istess perijodu, taxxa ta’ “solidarjetà” ta’ 6 %;

konsegwentement, jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jikkundanna lil Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.