Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2022 – Liberi editori e autori (LEA) vs Jamendo SA

(Kawża C-10/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Liberi editori e autori (LEA)

Konvenut: Jamendo SA

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2014/26/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-aċċess għas-suq tal-intermedjar tad-drittijiet tal-awtur, jew, fi kwalunkwe każ, il-konċessjoni ta’ liċenzji lill-utenti, biss lill-persuni li jistgħu jiġu kklassifikati, skont id-definizzjoni tal-istess direttiva, bħala organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, bl-esklużjoni ta’ dawk li jistgħu jiġu kklassifikati bħala entità ta’ mmaniġġjar indipendenti, stabbiliti kemm fl-istess Stat kif ukoll fi Stati Membri oħrajn?

____________

1 ĠU 2014, L 84, p. 72.