Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ markkinaoikeusil-Finlandja) – Mylan AB vs Gilead Sciences Finland Oy, Gilead Biopharmaceutics Ireland UC, Gilead Sciences Inc.

(Kawża C-473/22) 1

Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Propjetà intellettwali u industrijali – Prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (ĊPS) – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 9(7) – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bi ksur tad-drittijiet mogħtija miċ-ĊPS – Miżuri provviżorji ordnati abbażi ta’ ĊPS – Annullament sussegwenti taċ-ĊPS u revoka ta’ miżuri – Konsegwenzi – Dritt għal kumpens xieraq għad-dannu kkawżat mill-miżuri provviżorji – Responsabbiltà tal-applikant għal dawn il-miżuri għad-dannu kkawżat minnhom – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi responsabbiltà mingħajr nuqqas

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mylan AB

Konvenuti: Gilead Sciences Finland Oy, Gilead Biopharmaceutics Ireland UC, Gilead Sciences Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 9(7) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi mekkaniżmu ta’ kumpens għal kull dannu kkawżat minn miżura provviżorja, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ibbażat fuq sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-applikant għal dawn il-miżuri, li fil-kuntest tagħha l-qorti hija madankollu awtorizzata tadatta l-ammont tad-danni billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ, inkluż l-eventwali parteċipazzjoni tal-konvenut fit-twettiq tad-dannu.

____________

1     ĠU C 389, 10.10.2022.