Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2021 – Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”) vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-36/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”)

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi evalwazzjoni abbażi tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt nazzjonali jekk awtorità amministrattiva nazzjonali ħolqot aspettattivi kuntrarji għal dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni u aġixxiet, b’dan il-mod, illegalment, skont id-dritt nazzjonali, billi naqset milli tikkumpensa lill-persuna leża għad-dannu li hija sofriet minħabba f’hekk, meta l-parti leża ma tistax tinvoka b’mod effettiv il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt tal-Unjoni għaliex id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni hija ċara?

____________