Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ April 2012 —
Samskip Multimodal Container Logistics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/10)
“Rikors għal annullament — Deċiżjoni li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja intiża sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija — Programm Marco Polo II — Rexissjoni tal-ftehim ta’ sussidju u abbandun definittiv tal-proġett — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Neċessità tal-eżistenza ta’ tali interess fl-istadju tal-preżentata tar-rikors u sa meta tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti sussidju skont ftehim rexiss fil-mori tal-kawża — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 14, 16, 18, 19)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 580, tas-27 ta’ Jannar 2010, dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-proposti għal azzjonijiet sottomessi fil-kuntest tal-proċedura ta’ għażla 2009, fil-programm tal-Unjoni “għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija” (il-programm Marco Polo II), sa fejn tagħżel il-proposta TREN/B4/SUB/01-2009 MP-II/6, dwar il-proġett G2G@2XL, għal finanzjament li jammonta għal EUR 2 190 539. |
Dispożittiv
1) | | Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors. |
2) | | Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati erbgħa minn ħames partijiet tal-ispejjeż ta’ Samskip Multimodal Container Logstics BV u erbgħa minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha. |
3) | | Samskip Multimodal Container Logistics għandha tbati parti minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni u parti minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha. |