Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2013 – Richter + Frenzel vs UASI - Richter (Richter+Frenzel)

(Kawża T-418/13)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Richter + Frenzel GmbH + Co. KG (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Altenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferdinand Richter GmbH (Pasching, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2013 (R 2001/2011-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Richter+Frenzel” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 6, 7, 8, 9, 11, 16, 17, 19, 20, 24, 25, 35, 37, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 545 998Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ferdinand Richter GmbHTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “RICHTER”, it-trade mark figurattiva “RICHTER Edition” u t-trade mark “RICHTER”, użata fil-kummerċ fl-Awstrija u mhux irreġistrataDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009