Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 – Richter + Frenzel vs UASI – Ferdinand Richter (Richter+Frenzel)

(Kawża T-418/13)1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Richter + Frenzel GmbH + Co. KG (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Altenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferdinand Richter GmbH (Pasching, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Grötschl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Marzu 2013 (Kawża R 2001/2011), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferdinand Richter GmbH u Richter + Frenzel GmbH + Co. KG.DispożittivMa hemm l-ebda ħtieġa li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.