Language of document : ECLI:EU:T:2017:251

Kawża T-422/13

Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME) et

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċertu tip ta’ polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, it-Tajlandja u t-Tajwan – Reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri – Proposta tal-Kummissjoni ta’ tiġdid tal-imsemmija miżuri – Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħlaq il-proċedura ta’ reviżjoni mingħajr ma jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri – Rikors għal annullament – Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu sinjifikanti – Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Interess tal-Unjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Rikors għad-danni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ April 2017

1.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu – Deċiżjoni li miżura antidumping ma tinżammx – Kundizzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 11(2))

2.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ żball fil-motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà

(Artikolu 296 TFUE)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tar-regoli ġuridiċi kollha

(Artikolu 296 TFUE)

5.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu –Evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 21(1))

6.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni determinat – Assenza

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

7.      Rikors għad-danni – Danni imminenti u prevedibbli – Konstatazzjoni tar-responsabbiltà tal-Unjoni – Talba lill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

8.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      Konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009, miżura antidumping definittiva tiskadi ħames snin wara li din tiġi fis-seħħ jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni tal-iktar reviżjoni reċenti li tkun kopriet kemm id-dumping kif ukoll id-dannu, sakemm ma jiġix stabbilit f’reviżjoni li d-data ta’ skadenza kienet x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. Minn dan jirriżulta li b’effet tal-imsemmija dispożizzjoni, miżuri jiskadu sakemm ma jkunx ġie pprovat li din l-iskadenza tkun tiffavorixxi t-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. Konformement ma’ din id-dispożizzjoni, sabiex ma tinżammx fis-seħħ miżura antidumping definittiva, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għaldaqstant ma għandhomx l-obbligu li juru li huwa improbabbli li jkun hemm tkomplija jew rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, iżda jistgħu sempliċement jikkonstataw li tali probabbiltà ma ġietx ipprovata.

Sa fejn l-eżami, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tad-dannu tassumi l-evalwazzjoni ta’ kwistjonijiet ekonomiċi kumplessi, l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ din l-evalwazzjoni għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli ta’ proċedura, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati biex tiġi applikata l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti jew tal-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter.

Madankollu, fir-rigward tal-istħarriġ tal-provi li fuqhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni bbażaw il-konstatazzjonijiet tagħhom, hija l-qorti tal-Unjoni li mhux biss għandha tivverifika l-eżattezza materjali, l-affidabbiltà u l-konsistenza tal-provi invokati, iżda għandha tistħarreġ ukoll jekk dawn il-provi jikkostitwixxux id-data kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk humiex ta’ natura tali li jissostanzjaw il-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet.

(ara l-punti 48, 50, u 55 sa 57)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 71)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 85, 89 u 119)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 116 sa 118, u 141)

5.      Konformement mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009, anki li kieku l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ dumping dannuż kellha tiġi stabbilita, l-iskadenza tal-miżuri inkwistjoni tkun possibbli meta l-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu applikati miżuri bħal dawn. L-eżami tal-interess tal-Unjoni konformement mal-imsemmija dispożizzjoni teħtieġ evalwazzjoni tal-konsegwenzi probabbli kemm tal-applikazzjoni kif ukoll tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri mistennija għall-interess tal-industrija tal-Unjoni u għall-interessi l-oħra involuti, b’mod partikolari dawk tal-partijiet differenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009. Din l-evalwazzjoni timplika pronostiku bbażat fuq ipoteżi dwar avvenimenti futuri dovuti għall-evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi.

(ara l-punti 143 u 144)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 155, 156 u 171)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 159)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 173)