Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2023 – Verla-Pharm Arzneimittel vs EUIPO - Converso (Pherla)

(Kawża T-357/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Verla-Pharm Arzneimittel GmbH & Co. KG (Tutzing, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Valeria Converso (San Giorgio a Cremano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Pherla” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 319 785

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 268/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, innotifikata fil-25 ta’ April 2023;

tilqa’ l-oppożizzjoni bin-numru B 3 139 093 fl-intier tagħha, u tiċħad l-applikazzjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati li jaqgħu fil-klassi 5;

sussidjarjament, tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba ksur tal-obbligu tal-konvenut li jimmotiva d-deċiżjonijiet tiegħu, obbligu previst ukoll fl-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, dritt previst ukoll fl-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni u għalhekk il-ksur tiegħu.

____________