Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Ġunju 2023 – Rzecznik Finansowy

(Kawża C-390/23, Rzecznik Finansowy)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rzecznik Finansowy

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank AG S.A., M.S., A.K.

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li qorti tal-aħħar istanza (is-Sąd Najwyższy, il-Qorti Suprema) adita b’appell straordinarju (rikors straordinarju) ippreżentat kontra deċiżjoni definittiva mogħtija minn qorti ordinarja tiddeċiedi f’kulleġġ ġudikanti li fih tagħmel parti persuna (ġurat tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)), li:

ma hijiex imħallef tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema),

ġiet maħtura sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha;

direttament mis-setgħa leġiżlattiva – b’maġġoranza sempliċi,

abbażi ta’ kriterji ta’ għażla ġenerali u mhux verifikabbli,

permezz ta’ proċedura mingħajr possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-ħatra,

għal terminu ta’ erba’ snin;

u li tista’ titneħħa bis-setgħa leġiżlattiva, li ma hijiex suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju?

____________