Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Doux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-434/13) 1

[“Agrikoltura – Rifużjoni tal-esportazzjoni – Laħam tat-tjur – Regolament ta’ implementazzjoni li jistabbilixxi r-rifużjoni għal EUR 0 – Rikors għall-annullament – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni – Interess dirett – Ammissibbiltà – Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru°182/2011 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 164(3) tar-Regolament (KE) Nru°1234/2007 – Aspettattivi leġittimi”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Doux SA (Châteaulin, Franza) (rappreżentant: J. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u K. Skelly, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior, F. Le Roquais u S. Charbonnel, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru°689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Doux SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Tilly-Sabco għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 291, 5.10.2013.