Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Skatteverket vs DSAB Destination Stockholm AB

(Kawża C-637/20)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenut: DSAB Destination Stockholm AB

Domandi preliminari

L-Artikolu 30a tad-Direttiva dwar il-VAT 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li karta bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-detentur tagħha id-dritt li jibbenefika minn servizzi diversi f’post determinat għal perijodu ta’ żmien limitat u sa ċertu valur, tikkostitwixxi vawċer u, f’tali ċirkustanzi, tikkostitwixxi vawċer b’użi multipli?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1065 tas-27 ta’ Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tat-trattament tal-vawċers (ĠU 2016, L 177, p. 9).