Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014 – Carlo De Nicola vs BEI

(Kawża F-52/11) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Fastidju psikoloġiku – Proċedura ta’ investigazzjoni – Rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni – Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku – Deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jintlaqax l-ilment – Annullament – Rikors għal kumpens)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: BEI (rappreżentanti: T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għal annullament ta’ ittra tal-President tal-Bank li tiddikjara li, wara d-deċiżjoni tal-Panel li jiġi miċħud l-ilment għal fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent, ma kienet meħtieġa ebda azzjoni, kif ukoll ta’ deċiżjonijiet oħra dwar l-investigazzjoni minħabba fastidju psikoloġiku. Min-naħa l-oħra, it-talba sabiex jiġi ddikjarat li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010 li permezz tagħha l-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment ċaħad l-ilment minħabba fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil C. De Nicola l-ammont ta’ EUR 3 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.

____________

1 ĠU C 186, 25.6.2011, p. 37