Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta' Lulju 2011 - SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État

(Kawża C-343/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État

Domandi preliminari

Is-sitwazzjoni tad-detenturi tal-azzjonjiet għandha tittieħed inkunsiderazzjoni flimkien ma' dik tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS)?

F'tali każ, liema huma l-kundizzjonijiet li fihom it-taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn ikkontestata tista' titqies bħala konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?

____________