Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Ottubru 2015 – Bonney vs UASI (ATHEIST)

(Kawża T-714/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ATHEIST – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti athé – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b)u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: David Bonney (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Rampini, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vanessa Bruno (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 803/2013‑4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vanessa Bruno u David Bonney.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Bonney huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 431, 1.12.2014.