Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kunsill

(Kawża T-710/14)1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti marbuta mad-diskussjonijiet ta’ qabel l-adozzjoni tad-direttiva marbuta mal-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali – Drittijiet tad-difiża – Interess pubbliku superjuri”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Herbert Smith Freehills LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Wytinck, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, M. Veiga u J. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 18/c/01/14, tat-23 ta’ Lulju 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Herbert Smith Freehills LLP għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1  ĠU C 409, 17.11.2014.