Language of document : ECLI:EU:T:2016:727

Kawża T-713/14

Organisation des salariés auprès des institutions européennes u internationales en République fédérale d’Allemagne (IPSO)

vs

Il-Bank Ċentrali Ewropew

“BĊE – Persunal tal-BĊE – Ħaddiema temporanji – Limitazzjoni tat-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Interess dirett u inidvidwali – Interess ġuridiku – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-organizzazzjoni sindakali rikorrenti – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2016

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Evalwazzjoni skont kriterji oġġettivi – Deċiżjoni tal-Bank Ġentrali Ewropew li jillimita t-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju – Inklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Att li jirrifletti l-intenzjoni ta’ istituzzjoni li ssegwi, f’qasam speċifiku, ċerta linja ta’ kondotta – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Bank Ġentrali Ewropew li jillimita t-tul massimu tal-provvista tal-istess ħaddiem temporanju – Rikors ta’ organizzazzjoni sindakali attiva għad-difiża tal-interessi tal-persunal tal-Bank – Ammissibbiltà

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

5.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Ammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

6.      Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku

(Is-sitt paragrau tal-Artikolu 263 TFUE)

7.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li mhux pubbliku u li lanqas ġie nnotifikat lir-rikorrent – Konoxxenza eżatta tal-kontenut u tal-motivi – Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa

(Is-sitt paragrau tal-Artikolu 263 TFUE)

8.      Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema fi ħdan l-impriża – Invokabbiltà awtonoma ta’ dispożizzjoni tad-Direttiva 2002/14 – Esklużjoni

(It-tielet subpararafu tal-Artikolu 6(1); Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 27 u 52(7); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14)

9.      Politika soċjali – Informazzjoni u konsultazzjoni mal-ħaddiema – Direttiva 2002/14 – Kamp ta’ applikazzjoni – Ħaddiem – Kunċett – Eżistenza ta’ relazzjoni ta’ impjieg – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ħaddiema temporanji magħmula disponibbli lill-Bank Ċentrali Ewropew – Inklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14, Artikolu 2(c))

10.    Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Impożizzjoni diretta ta’ obbligi għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħhom mal-persunal tagħhom – Esklużjoni – Invokabbiltà – Portata

(Artikolu 288(2) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14)

11.    Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Kundizzjonijiet ta’ impjieg – Osservanza tad-Direttivi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali – Obbligi partikolari għall-bank – Assenza

(Kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 9(c); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14)

12.    Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza – Organizzazzjoni sindakali li għandha d-dritt għall-konsultazzjoni u għall-informazzjoni – Konsultazzjoni obbligatorja – Portata

13.    Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza – Organizzazzjoni sindakali li għandha d-dritt għall-konsultazzjoni u għall-informazzjoni – Nuqqas ta’ konsultazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni fil-qasam ta’ xogħol temporanju – Inammissibbiltà

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 27 u 8; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14)

14.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali

(It-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      Huma biss il-miżuri li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi ta’ terzi billi jemendaw b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni legali tagħhom li jikkostitwixxu atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament. Min-naħa l-oħra, il-forma li fiha att jiġi adottati hija, bħala regola, irrilevanti sabiex tiġi evalwata l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament. Sabiex jiġi stabbilit jekk att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jipproduċix tali effetti, wieħed irid iħares lejn is-sustanza tiegħu, il-kuntest li fih ikun ġie adottat kif ukoll l-intenzjoni tal-awtur tiegħu fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ dan l-att. Min-naħa l-oħra, il-forma li fiha att jiġi adottat hija, bħala regola, irrilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż minn daqshekk li l-Qorti Ġenerali tieħu inkunsiderazzjoni l-forma li ġew adottati biha l-atti li jkun intalab l-annullament tagħhom, sa fejn din tkun tista’ tikkontribwixxi sabiex tiġi identifikata n-natura tagħhom.

B’hekk, huwa biss l-att li bih l-awtur tiegħu jiddetermina l-pożizzjoni tiegħu b’mod mhux ekwivoku u definittiv, taħt forma li tippermetti li tiġi identifikata n-natura tiegħu, li jikkostitwixxi deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament.

Dan huwa l-każ ta’ deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew li adotta regoli ta’ applikazzjoni ġenerali li jistabbilixxu b’mod definittiv ċerti kriterji li għandhom ikunu segwiti fil-kuntest tal-ingaġġ ta’ ħaddiema temporanji fi ħdan din l-istituzzjoni, jiġifieri t-tul massimu tal-ingaġġ tal-istess ħaddiem temporanju assenjat għall-kompiti amministrattivi u segretarjali.

Tali att jipproduċi effetti legali obbligatorji, sa fejn il-Bank Ċentrali Ewropew ma jistax, sakemm din ir-regola ma tkunx formalment emendata jew imħassra, jevitah meta jkun qiegħed jevalwa l-offerti ppreżentati mill-impriżi ta’ xogħol temporanju fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratti li jikkonċernaw l-ingaġġ tal-ħaddiema temporanji min-naħa tal-istituzzjoni.

(ara l-punti 18, 20, 22, 23)

2.      Ma tikkostiwixxix miżura li tista’ tiġi kkontestata, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, miżura meħuda minn istituzzjoni li tirrifletti biss l-intenzjoni tagħha, jew ta’ wieħed mid-dipartimenti tagħha, li ssegwi, f’qasam partikolari, ċerta linja ta’ aġir. Tali Linji gwida interni, li jindikaw il-punti ġenerali li abbażi tagħhom l-istituzzjoni jkollha l-intenzjoni, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti, tadotta sussegwentement deċiżjonijiet individwali li l-legalità tagħhom tkun tista’ tiġi kkontestata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 263 TFUE, jipproduċu effetti biss fl-ambitu intern tal-amministrazzjoni u ma joħolqu ebda dritt jew obbligu għal dak li jikkonċerna lil terzi. Tali atti, għaldaqstant, ma jikkostitwixxux atti li jikkawżaw preġudizzju li jistgħu, bħala tali, ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE.

(ara l-punt 19)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 44, 46-49)

4.      Is-sempliċi fatt li organizzazzjoni sindakali li tirrappreżenta lill-persunal tkun ipparteċipat fin-negozjati li wasslu għall-adozzjoni ta’ att ma huwiex biżżejjed sabiex ibiddel in-natura tad-dritt ta’ azzjoni li, fil-kuntest tal-Artikolu 263 TFUE, hija jista’ jkollha fil-konfront tal-att. Madankollu, ir-rikors ta’ assoċjazzjoni jista’ jiġi ddikjarat ammissibbli meta hija tiddefendi l-interessi tagħha stess, li huma distinti minn dawk tal-membri tagħha, b’mod partikolari, meta l-pożizzjoni ta’ negozjatriċi tagħha tkun ġiet affettwata mill-att ikkontestat, u dan f’sitwazzjonijiet partikolari li fihom hija kellha l-pożizzjoni bħala negozjatriċi limitat b’mod ċar u marbut mill-qrib mas-suġġett stess tad-deċiżjoni, li tpoġġiha f’sitwazzjoni ta’ fatt li jiddistingwiha meta mqabbla ma’ kull persuna oħra.

Fir-rigward ta’ rikors ippreżentat minn organizzazzjoni sindakali kontra deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew li timponi limitazzjoni fuq it-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju, il-pożizzjoni ta’ interlokutriċi soċjali tal-imsemmija organizzazzjoni fil-kuntest tad-diskussjonijiet li jirrigwardaw il-ħaddiema temporanji, li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kwistjoni tat-tul tal-ingaġġ tagħhom fi ħdan il-Bank, hija biżżejjed f’dan il-każ sabiex turi li hija individwalment ikkonċernata fis-sens tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE bl-att ikkontestat. Din il-kapaċità, fil-fatt, hija partikolari għaliha, fis-sens tal-ġurisprudenza, sa fejn hija, fost id-diversi organizzazzjonijiet sindakali eventwalment attivi għad-difiża tal-interessi tal-persuni impjegati minn jew jaħdmu għall-Bank, dik li daħlet fid-diskussjonijiet mal-Bank li jirrigwardaw preċiżament il-kwistjonijiet koperti mill-att ikkontestat, ħaġa li tindividwalizzaha meta mqabbla ma’ kull organizzazzjoni sindakali oħra.

Bl-istess mod, l-imsemmija organizzazzjoni hija direttament ikkonċernata mill-att ikkontestat sa fejn dan għandu bħala effett immedjat li jaffettwa l-pożizzjoni ta’ interlokutriċi soċjali li hija kienet tokkupa fil-kuntest tad-diskussjonijiet li jirrigwardaw il-kwistjonijiet tal-ħaddiema temporanji sa fejn iċaħħadha mill-possibbiltà li tipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjoni u li tinfluwenzaha.

(ara l-punti 52, 53, 58, 59)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 63, 64)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 68)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69-72)

8.      L-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistabbilixxi d-dritt għall-konsultazzjoni u għall-informazzjoni tal-ħaddiema fl-impriża. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu japplikaw fir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-persunal tagħhom.

Madankollu, skont il-kliem stess tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-Karta, l-eżerċizzju tad-drittijiet hemm imsemmija huwa limitat għall-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni u kif ukoll mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

Minn dan isegwi li l-Artikolu 27 tal-Karta, li ma jipprovdi ebda regola tad-dritt direttament applikabbli, ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jagħti lill-individwi dritt suġġettiv għall-konsultazzjoni u għall-informazzjoni invokabbli bħala tali.

Fil-fatt, skont l-ispjegazzjonijiet relatati mal-Artikolu 27 tal-Karta, li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 52(7) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tal-imsemmi artikolu, l-acquis tal-Unjoni fil-qasam ikkontemplat mill-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jippreċiża l-kundizzjonijiet li fihom dan huwa applikabbli, huwa kkostitwit, b’mod partikolari, mid-Direttiva 2002/14, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea.

(ara l-punti 84-86, u 88)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 97, 99, 101)

10.    Peress li d-direttivi jkunu indirizzati lill-Istati Membri u mhux lill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ma jistgħux jitqiesu bħala li jimponu, bħala tali, obbligi fuq l-istituzzjonijiet fir-relazzjonijiet tagħhom mal-persunal tagħhom.

Madankollu, il-fatt li direttiva ma torbotx, bħala tali, lill-istituzzjonijiet ma jistax jeskludi li r-regoli jew il-prinċipji stabbiliti f’din id-direttiva jkunu jistgħu jiġu invokati kontra l-istituzzjonijiet meta, fihom infushom, huma jidhru biss bħala l-espressjoni speċifika ta’ regoli fundamentali tat-Trattat u tal-prinċipji ġenerali, li bihom huma direttament marbuta l-imsemmija istituzzjonijiet. Fil-fatt, f’komunità ta’ dritt, l-applikazzjoni uniformi tad-dritt hija rekwiżit fundamentali u kull suġġett ta’ dritt huwa suġġett għall-prinċipju tal-osservanza tal-legalità. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom josservaw ir-regoli tat-Trattat FUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt applikabbli għalihom bl-istess mod bħal kull suġġett ieħor tad-dritt.

Bl-istess mod, direttiva tista’ torbot istituzzjoni meta hija, fil-kuntest tal-awtonomija organizzattiva tagħha, riedet twettaq obbligu partikolari stabbilit minn direttiva jew ukoll fil-każ fejn att intern ta’ applikazzjoni ġenerali jirreferi espressament, huwa stess, għall-miżuri stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-applikazzjoni tat-Trattati. Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet għandhom, skont id-dmir tagħhom ta’ lealtà li huma għandhom, jieħdu inkunsiderazzjoni, meta jaġixxu bħala persuni li jimpjegaw, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi adottati fuq il-livell tal-Unjoni (ara l-punti 72-74)

(ara l-punti 104-106)

11.    Għalkemm l-Artikolu 9(c) tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew jirrifletti l-prinċipju ġenerali li skontu l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, inklużi d-direttivi u li att tal-Unjoni għandu jkun interpretat, sa fejn huwa possibli, b’mod konformi mad-dritt primarju kollu, hija ma ssemmix l-obbligu tal-Bank li jwettaq obbligu partikolari, b’mod partikolari l-obbligu li jinforma jew jikkonsulta lir-rappreżentanti tal-ħaddiema, kif imsemmi mid-Direttiva 2002/14, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea.

(ara l-punt 111)

12.    Fi-rigward tad-dritt għall-konsultazzjoni u għall-informazzjoni rrikonoxxut lil organizzazzjoni sindakali mill-Bank Ċentrali Ewropew li skont il-kliem tiegħu, dan id-dritt huwa ntiż li jipprovdi okkażjoni għall-organizzazzjoni sindakali li tinfluwenza t-teħid ta’ deċiżjoni, din hija forma ta’ parteċipazzjoni mill-iktar modesta f’teħid ta’ deċiżjoni, sa fejn qatt ma tinvolvi fuq l-amministrazzjoni l-obbligu li tieħu passi fuq l-osservazzjonijiet magħmula, imma li tagħti possibbiltà lill-partijiet ikkonċernati, permezz ta’ rappreżentant tal-interessi tagħhom, li jagħtu l-fehma tagħhom qabel l-adozzjoni jew it-tibdil ta’ atti li japplikaw b’mod ġenerali li jikkonċernawhom, u dan, b’mod partikolari, billi jkun hemm aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha matul il-proċess sħiħ ta’ adozzjoni ta’ tali atti, fejn l-għan huwa li organizzazzjoni sindikali titħalla tipparteċipa fil-proċess ta’ konsultazzjoni bl-iktar mod komplut u effettiv possibbli.

Għaldaqstant, sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tal-obbligu ta’ konsultazzjoni, l-amministrazzjoni għandha tosserva dan l-obbligu kull darba fejn il-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema hija tali li tista’ teżerċita influwenza fuq il-kontenut tal-att li jkun ser jiġi adottat.

(ara l-punti 146, 147)

13.    Meta adotta deċiżjoni li tistabblixxi b’mod defnittiv ċerti kriterji li għandhom ikunu segwiti fil-kuntest tal-ingaġġ ta’ ħaddiema temporanji fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew mingħajr ma involva minn qabel lil organizzazzjoni sindakali li dritt għall-konsultazzjoni u għall-informazzjoni, minkejja li s-suġġett tiegħu kien joħroġ mis-suġġett tad-diskussjonijiet fi ħdan grupp ta’ xogħol li fiha ħadet sehem l-imsemmija organizzazzjoni, u mingħajr ma stenna r-rapport ta’ dan il-grupp ta’ xogħol, il-Bank ma rrispettax id-drittijiet tal-organizzazzjoni sindakali li tkun informata u tkun ikkonsultata, kif dawn jifformaw parti mill-prerogattivi tagħha bħala organizzazzjoni sindakali rappreżentattiva tal-persuni ikkonċernati, bi ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ippreċiżat mid-Direttiva 2002/14, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, implementat mill-ftehim qafas, kif imwessa’ għall-ħaddiema temporanji permezz tal-ħolqien tal-grupp ta’ xogħol.

(ara l-punt 148)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 155)