Language of document : ECLI:EU:T:2018:80





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2018 – Arcofin et vs IlKummissjoni

(Kawża T-711/14)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Belġju favur kumpanniji li huma kooperattivi finanzjarji tal-grupp ARCO – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tal-persuni fiżiċi li għandhom il-kwalità ta’ azzjonisti f’dawn il-kumpanniji – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Vantaġġ selettiv – Miżura li toħloq distorsjoni jew li hemm it-theddida li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri – Miżura maħsuba sabiex tirrimedja tfixkil gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Aspettattivi leġittimi – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Skema ta’ garanzija tal-ishma ta’ kumpanniji li huma kooperattivi awtorizzati attivi fis-settur finanzjarju – Inklużjoni

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punti 56, 57, 59, 62, 63)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Intervent li għandu bħala effett li jnaqqas il-piż tal-ispejjeż ta’ impriża – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tal-persuni fiżiċi ta’ kooperattivi finanzjarji – Inklużjoni

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punti 76, 77, 84)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Skema ta’ garanzija tal-ishma ta’ kumpanniji li huma kooperattivi awtorizzati attivi fis-settur finanzjarju – Inklużjoni

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punti 102-105)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 113)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Skema ta’ garanzija tal-ishma ta’ kumpanniji li huma kooperattivi awtorizzati attivi fis-settur finanzjarju – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 124, 125)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna intiża li tirrimedja disturb gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(3)(b) TFUE)

(ara l-punt 139)

7.      Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Stabbilimenti ta’ kreditu – Skemi ta’ garanzija għal depożiti – Direttiva 94/19 – Kamp ta’ applikazzjoni – Depożitu – Kunċett – Ishma ta’ kumpanniji li huma kooperattivi awtorizzati attivi fis-settur finanzjarju – Esklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2005/1, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 1)

(ara l-punt 145)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Protezzjoni – Kundizzjonijiet u limiti

(Artikolu 108(3) TFUE)

(ara l-punti 165, 166)

9.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Deċiżjoni li tostakola l-ħlas lill-membri tal-kooperattiva ta’ somom iggarantiti minn skema li tipproteġi l-kooperattivi finanzjarji – Rikors ta’ kumpannija kooperattiva finanzjarja – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 172-174)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/686/UE tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Belġju – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji (ĠU 2014, L 284, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

2)

Arcofin SCRL, Arcopar SCRL et Arcoplus huma kkundannati għall-ispejjeż.

2)

Arcofin SCRL, Arcopar SCRL et Arcoplus huma kkundannati għall-ispejjeż.