Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2015 – European Food et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-624/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija), Starmill Srl (Drăgăneşti, ir-Rumanija), Multipack Srl (Drăgăneşti, ir-Rumanija), Scandic Distilleries SA (Bihor, ir-Rumanija) (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, G. Forwood, Barrister, u A. Kadri, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1470, tat-30 ta’ Marzu 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) et seq implimentata mir-Rumanija [Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Micula vs Ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013 (notifikata bid-dokument C(2015)2112)] (ĠU 2015 L 232, p.43);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din (a) tikkonċerna kull waħda mir-rikorrenti, (b) ma tħallix lir-Rumanija tikkonforma mad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, (c) tordna lir-Rumanija tirkupra kwalunkwe għajnuna mhux kompatibbli, (d) tordna li r-rikorrenti jkunu responsabbli in solidum għall-ħlas lura tal-għajnuna riċevuta minn kull waħda mill-entitajiet identifikati fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta naqset li tapplika korrettement l-Artikolu 351 TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt għall-każ preżenti.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata b’mod żbaljat kkunsidrat li l-miżura inkwistjoni tat vantaġġ lir-rikorrenti, speċifikament meta evalwat b’mod żbaljat iż-żmien meta l-allegat vantaġġ ingħata, jew sussidjarjament meta kkunsidrat li l-ħlas ta’ danni jikkostitwixxi vantaġġ.It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata b’mod żbaljat ikkunsidrat li l-miżura inkwistjoni kienet imputabbli lill-Istat Rumen.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-kompatibbiltà tal-allegata miżura ta’ għajnuna.Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata identifikat b’mod żbaljat il-benefiċjarji tal-għajnuna allegata, u naqset milli tagħti raġunijiet għall-konklużjoni tagħha, speċifikament fl-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkostitwixxu l-allegata impriża benefiċjarja.Is-sitt motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata wettqet żball ta’ liġi u eċċediet il-kompetenza tagħha meta ordnat l-irkupru tal-allegata għajnuna.Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi.It-tmien motiv ibbażat fuq allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali sostan

zjali, speċifikament id-dritt għal smigħ, l-Artikolu 108(3) TFEU u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999  .

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/19

99, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewrope

a (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) (kif emendat).