Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2019 – European Food et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-624/15, T-694/15 u T-704/15) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni mogħtija minn tribunal ta’ arbitraġġ stabbilit taħt il-patroċinju taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investiment (ICSID) – Ħlas ta’ danni mogħtija lil ċerti operaturi ekonomiċi – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kompetenza tal-Kummissjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-624/15: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija), Starmill SRL (Drăgăneşti), Multipack SRL (Drăgăneşti) u Scandic Distilleries SA (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentanti: K. Struckmann, G. Forwood u A. Kadri, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-694/15: Ioan Micula, (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentanti: K. Struckmann, G. Forwood u A. Kadri, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-704/15: Viorel Micula (Oradea), European Drinks SA (Ştei, ir-Rumanija), Rieni Drinks SA (Rieni, ir-Rumanija), Transilvania General Import-Export SRL (Oradea) u West Leasing International SRL (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentanti: inizjalment J. Derenne, D. Vallindas, avukati, A. Dashwood, barrister u V. Korom, solicitor, sussegwentement J. Derenne, D. Vallindas u A. Dashwood)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u A. Rubio González, aġenti) u l-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment M. Fehér, G. Koós u M. Bóra, sussegwentement M. Fehér u G. Koós aġenti)

Suġġett

Tliet talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1470 tat-30 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) et seq implimentata mir-Rumanija — Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Micula vs ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013 (ĠU 2015, L 232, p. 43).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-624/15, T-694/15 u T-704/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1470 tat-30 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) et seq implimentata mir-Rumanija — Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Micula vs ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013, hija annullata.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn European Food SA, Starmill SRL, Multipack SRL, Scandic Distilleries SA, MM. Ioan u Viorel Micula, European Drinks SA, Rieni Drinks SA, Transilvania General Import-Export SRL u West Leasing International SRL.

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 16, 18.1.2016.